06/08/2026
Il-libsa li jilbsu l-Fratelli u l-Konsorelli tal-Arcikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta mwaqqfa fl-1622.
Il-kunfratija tagħna, b'differenza minn konfraternitajiet jew fratellanzi oħra, tikkonsisti minn tonka kannella mħażżma b'ċintorin iswed. Fuqha jintlibes l-iskapular il-kannella tal-Madonna tal-Karmnu.
Fuq kollox tintlibes il-muzzetta ta' kulur cream li tinqafel b'sitt buttini tal-istess kulur minn barra. Il-muzzetta fiha kappoċċ żgħir cream fuq wara.
Fil-każ tal-Konsorelli jilbsu l-velu tal-bizzilla iswed fuq rashom jekk ikunu miżżewġin. Jekk ikunu xebbiet, jilbsu l-velu tal-bizzilla ta' kulur abjad.
Biex jikkumplimenta l-libsa, jintlibes żarbun iswed jew kannella skur.
Ghandna l-UNUR ngħidu li l-libsa tal-Arcikonfraternità tagħna hija UNIKA fid-dinja u hija l-iktar waħda qrib tal-libsa li jilbsu r-Reliġjużi Karmelitani.
🤍🤎