St Michael School

Call Directions Website

St Michael School St. Michael School (Cannon Road, Sta. Venera, MALTA) OFFICIAL PAGE Thus, Christ the Teacher is our model on whom we cast our behaviour and all our activities.

St Michael School strives to receive its students with the same healing and teaching attitude that Jesus showed towards all those who befriended him. Inspired by the call received by St George Preca, St Michael School lives a particular spirituality where the virtues of humility and meekness are the prevalent attitudes that guide us. At St Michael we work through our daily routine with the knowledge that we are constantly nourished by the presence of God and strengthened by the protection of St Michael the Archangel. To provide a holistic education, we endeavour to form an educational environment which encourages the student to develop new talent and obtain the necessary knowledge that empowers him to live up to his potential.

09/10/2026
Ottubru ma Marija u San FranġiskMatul din l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru, it-Tim taċ-Chaplaincy ħaseb sabiex f'din l-ewwel ġ...
09/10/2026

Ottubru ma Marija u San Franġisk

Matul din l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru, it-Tim taċ-Chaplaincy ħaseb sabiex f'din l-ewwel ġimgħa tax-xahar niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju kif ukoll dik ta' San Franġisk t'Assisi.

Nhar it-Tnejn u t-Tlieta, il-klassijiet tas-7 u t-8 sena tlabu r-Rużarju flimkien waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon. Nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru, propju nhar il-festa, wara l-quddiesa ta' filgħodu, tqassmet kuruna tar-Rużarju lil kulħadd.

Nhar l-Erbgħa wkoll iċċelebrajna l-festa ta' San Franġisk t'Assisi. Il-klassijiet kollha kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma patri Franġiskan li tkellem dwar il-ħajja ta' San Franġisk kif ukoll dwar il-ħajja ta' kuljum ta' patri Franġiskan. Nirringrazzjaw lil Patri Andrew Galea u Patri Ivan Scicluna li ġew ikellmu lill-istudenti tagħna.

Mill-qalb nirringrazzjaw lit-Tim taċ-Chaplaincy tal-organizzazzjoni.

Fil-ġimgħat li għaddew, saru l-laqgħat għall-ġenituri tal-istudenti kollha fil-bidu tas-sena.  Nhar il-Ġimgħa 25 ta' Set...
08/10/2026

Fil-ġimgħat li għaddew, saru l-laqgħat għall-ġenituri tal-istudenti kollha fil-bidu tas-sena.
Nhar il-Ġimgħa 25 ta' Settembru ilqajna lill-ġenituri u lill-istudenti tas-7 sena għall-ewwel laqgħa tagħhom fl-iskola, fejn anke kellhom iċ-ċans li jsiru jafu lil xulxin.
Nhar il-Ġimgħa 2 ta' Ottubru filgħodu saret laqgħa għall-ġenituri u l-istudenti tal-11 -il sena. Din kienet laqgħa ta' formazzjoni mmexxija mill-guidance teachers kif ukoll laqgħa ta' informazzjoni dwar l-eżamijiet tas-SEC.
Dakinhar filgħaxija saret laqgħa għall-ġenituri tal-istudenti tat-8, 9 u l-10 sena li fiha saru sessjonijiet ta' informazzjoni u formazzjoni.
Nirringrazzjaw lill-ġenituri għall-attendenza tagħhom, kif ukoll lill-edukaturi kollha li għenu f'dawn il-laqgħat.

Ilbieraħ bdiet is-sena skolastika għall-istudenti mit-8 sal-11 -il sena. Fl-istess ġurnata, iċċelebrajna wkoll il-festa ...
30/09/2026

Ilbieraħ bdiet is-sena skolastika għall-istudenti mit-8 sal-11 -il sena. Fl-istess ġurnata, iċċelebrajna wkoll il-festa ta' San Mikiel, qaddis patrun tal-iskola. Wara l-quddiesa flimkien fis-sala, l-istudenti ltaqgħu mad-Deputat Kap tas-sena tagħhom. Wara kulħadd niżel fil-bitħa fejn kilna biċċa timpana tajba u wara kompliet il-ġurnata bl-ewwel laqgħat tal-għalliema mal-istudenti.
Inkomplu nitolbu għall-komunita' tal-iskola tagħna, bl-interċessjoni ta' San Mikiel.

Wara li l-ġimgħa l-oħra daħal lura l-istaff akkademiku, ilbieraħ ilqajna fostna lill-grupp il-ġdid tal-istudenti tal-Yea...
29/09/2026

Wara li l-ġimgħa l-oħra daħal lura l-istaff akkademiku, ilbieraħ ilqajna fostna lill-grupp il-ġdid tal-istudenti tal-Year 7. Il-ġurnata kienet iddedikataha kollha għalihom fejn huma pparteċipaw fil-quddiesa mal-istaff, laqgħat mad-Deputat Kap tal-Iskola u mal-għalliema, dawra mal-iskola, kwizz dwar l-iskola kif ukoll team building activity. Nawgurawlhom minn qalbna u nitolbu għalihom!

Bl-għajnuna t’Alla, illum bdiet sena skolastika oħra. L-istaff akkademiku rritorna lura wara l-vaganzi tas-sajf. Il-ġurn...
24/09/2026

Bl-għajnuna t’Alla, illum bdiet sena skolastika oħra. L-istaff akkademiku rritorna lura wara l-vaganzi tas-sajf. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa animata mill-membri tal-istaff segwita minn messaġġ mingħand id-Direttur is-Sur Joseph Gauci fejn introduċa wkoll l-istaff il-ġdid li ngħaqad magħna. Wara, is-Surmast tkellem mal-istaff fuq proċeduri u prijoritajiet għas-sena skolastika. Wara waqfa għall-break, id-Deputati Kapijiet tkellmu fuq aspetti differenti tal-ħajja tal-iskola.

Nitolbu lil Alla permezz ta’ San Mikiel u ta’ Ommna Marija sabiex bl-għajnuna tiegħu ikollna sena li tkun ta’ ġid għal kull membru fil-komunita’ tagħna.

Year 8 Admissions for St Michael SchoolSt Michael School announces two Year 8 places available, commencing in September ...
07/09/2026

Year 8 Admissions for St Michael School

St Michael School announces two Year 8 places available, commencing in September 2026.

Parents or legal guardians interested in having their child considered for admission are requested to email the Board of Directors at [email protected] with all required information by Friday, 11 September 2026.

For further details, please refer to the link below for the procedure of admissions document.

https://stmichaelschooledumt-my.sharepoint.com/:b:/g/personal/headmaster_stmichaelschool_edu_mt/IQBTZXAeHjuBTImMAiyMwX7TAZxjPO3bBZ3GoJkE1jh2JJ4?e=EOhjW6

Address

Cannon Road
Santa Venera
SVR9030

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when St Michael School posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share