07/09/2026
Ilbieraħ il-Banda Santa Margerita għamlet l-aħħar servizz tagħha fl-istaġun tal-festi sajfin f’Għawdex, fejn ġewwa x-Xlendi akkumpanjat il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi.
F’din l-istess okkażjoni ħames bandisti ġodda daqqew għall-ewwel darba f’servizz barra raħalna.
Dawn huma: Jake Buttigieg, Mikayla Buttigieg, Kayley Cini, Zack Grima u Jerome Xuereb.
Dawn il-bandisti ngħaqdu mal-Banda tagħna proprju fil-festa ta’ Santa Margerita li għaddiet. Għal darb’oħra nifirħulhom u nawgurawlhom futur mill-isbaħ mal-banda tagħna. 🔴