09/10/2026
The Department of Gender and Sexualities warmly invites you to attend this event featuring our lecturer, Dr Claire Azzopardi Lane.
We hope you can join us! Please see the shared post for event details and information on how to attend.
Hemm affarijiet li ma ngħiduhomx.
Pressjonijiet li nħossu. Aspettattivi li nsegwu mingħajr ma nistaqsu għaliex. Stejjer li jibqgħu fis-skiet.
L-Eredi tas-Silenzji hija esperjenza teatrali immersiva li tistiednek tkun parti mill-istorja, mhux biss taraha.
Permezz ta’ għażliet, interazzjoni u mumenti ta’ skoperta, il-pubbliku jgħin biex jifforma l-esperjenza filwaqt li flimkien nesploraw kif il-pressjonijiet soċjali, l-aspettattivi u s-silenzji ta’ madwarna jistgħu jinfluwenzaw ħajjitna.
🎭 6 & 7 ta’ Novembru
📍 san duminku
🎟️ Biljetti:
https://www.eventbrite.com/e/performance-l-eredi-tas-silenzji-tickets-1999083193646?aff=ebdsoporgprofile
Kunċett ta’ Rowena Zammit
Kitba ta’ Clare Azzopardi u Leanne Ellul
Wara kull rappreżentazzjoni ser issir diskussjoni mal-artisti, speċjalisti mir-Richmond Foundation, Prof. JosAnn Cutajar u Dr Zoi Arvanitidou mill-Università ta’ Malta, fejn il-pubbliku jkun jista’ jirrifletti aktar fuq it-temi esplorati matul il-prestazzjoni.
Produzzjoni ta’ Busli b’kollaborazzjoni ma’ Science in the City, Malta u Richmond Foundation - Malta .
Bl-appoġġ ta’ Arts Council Malta Visit Malta u Farsons Group
Ejja b’moħħ miftuħ. Isma’ sew. Staqsi dwar dak li jidher familjari.
Xi drabi, li tkisser is-silenzju jkun l-ewwel pass lejn il-bidla.