09/06/2026
Bħala Wirt iż-Żejtun nilqgħu b'sodisfazzjoni li l-ewwel deċiżjoni tal-Kabinett f'din l-amministrazzjoni ġdida hija dik li ilna nitħabtu għaliha tul dawn l-aħħar tmin snin.
Fl-aħħar se jinbeda l-proċess sabiex jinbidel il-pjan lokali u dak li tlabna fl-2018 se jsir sabiex l-art ta' Bulebel tiġi ODZ.
Sodisfatt li l-ewwel deċiżjoni tal-Kabinett għal din il-leġiżlatura se tissiġilla protezzjoni ambjentali lil medda mdaqqsa ta’ art agrikola.
Se jkun qed jibda l-proċess biex ir-raba’ f’Wied iż-Żrinġ biswit iż-żona industrijali ta’ Bulebel jinħareġ miż-żona tal-iżvilupp.
Grazzi lill-bdiewa taż-żona, l-għaqda Wirt iż-Żejtun u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun tal-ħidma tagħhom biex dan iseħħ.
Se nkunu Gvern li jkompli jġib lin-nies l-ewwel.
07/06/2026
Din hija l-ħarġa ta' Ġunju tal-bulettin ta' Wirt iż-Żejtun. Aqrawh u aqsmuh ma' oħrajn.
Nota żgħira dwar il-proġett ta' restawr tal-kwadru tal-Madonna tar-Rużarju peres li kien hemm aġġornament wara li lestejna il-bulettin: Dan il-proġett mhux se jkun iffinanzjat mill-fondi LEADER kif kollna ħabbarna aktar qabel, minħabba bdil fir-regoli tal-fond li saru wara li ġejna infurmati li l-proġett tagħna kien intgħażel. Minkejja dan xorta kommessi li nwettqugħ u ser inkunu qed infittxu sorsi ta' fondi oħrajn.
06/06/2026
Illum ninsabu Għar Dalam waqt ġurnata attivitajiet sabiex niċċelebraw Jum l-Ambjent organizzata minn Heritage Malta
Ejjew żuru dan il-post sabiħ u tkellmu magħna u ma' diversi għaqdiet oħra li jinsabu hawn.
Dħul b'xejn.
23/05/2026
Ix-xogħol ta' restawr fuq il-kwadru ta' San Ġużepp beda. Bħalissa ir-restawratur għaddej bi proċess ta' tindif, fejn il-passati ta' verniċ li ingħataw fil-passat qed jitneħħew bl-użu ta' solventi kimiċi. Dawn is-solventi jintgħażlu wara li jsiru testijiet sabiex wieħed jiżgura li ma ssirx ħsara liż-żebgħa oriġinali.
Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat permezz tal-iSkema Finanzjament għar-Restawr immexxija mill-Arts Council Malta
18/05/2026
Jum Dinji għall-Ambjent
Fil-5 ta’ Ġunju jitfakkar il-Jum Dinji għall-Ambjent.
Għal din l-okkażjoni, Wirt iż-Żejtun se tkun qed tieħu sehem f’attivita’ li se torganizza Heritage Malta f’Għar Dalam, nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju.
Inħeġġukom sabiex tiġu żżuruna f’dan l-ambjent kwiet u sabiħ.
17/05/2026
In-Numru mija u erbgħa u sebgħin (174) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Il-Paviment tal-Knisja Parrokkjali
08/05/2026
Bi pjaċir inħabbru li Wirt iż-Żejtun ser twettaq proġett ieħor ta' restawr, din id-darba fuq il-kwadru tal-Madonna tar-Rużarju li hemm fil-Parroċċa l-Qadima ta' Santa Katarina, magħrufa bħala l-Knisja ta' San Girgor. Jikkollaboraw magħna fuq dan il-proġett hemm il-Fratellanza Madonna tar-Rużarju, Żejtun, u qed isir bil-permess tal-Kapitlu Metropolitan tal-Katridral ta' l-Imdina u l-Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun.
Dan il-proġett mhux se jkun iffinanzjat mill-fondi LEADER kif kollna ħabbarna aktar qabel, minħabba bdil fir-regoli tal-fond li saru wara li ġejna infurmati li l-proġett tagħna kien intgħażel. Minkejja dan xorta kommessi li nwettqugħ u ser inkunu qed infittxu sorsi ta' fondi oħrajn.
07/05/2026
Il-film Żejtune tad-direttur Alex Camilleri ma fih ebda attur Żejtuni fih jew xi xeni miġbuda ġewwa beltna, iżda minn kliem id-direttur stess, oriġina kollu kemm hu minn esperjenzi diretti li kellu Alex Camilleri fiż-Żejtun u maż-Żwieten.
“I remember going to a bar in Żejtun, early on, and I stepped inside, and before I knew it, there was a glass of whiskey in my hand. I was placed in the front seat to listen and learn. And I think that meant a lot to the folks who were performing, and they wanted to make me feel welcome.”
How Alex Camilleri found his Nenu, and stayed in Malta
Filmmaker Alex Camilleri has released Żejtune, a Malta-set feature developed over five years that draws on the island’s għana tradition to examine questions of identity, migration and belonging
07/05/2026
Illum il-kwadru ta' San Ġużepp ta' Ġian Nikola Buhagiar inħareġ mill-Mużew ta' l-Istorja u Arti tal-Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun u ġie meħud fl-istudio tar-restawratur Brian Caruana, sabiex jinbeda x-xogħol ta' restawr fuqu.
Dan huwa proġett li qed jiġi iffinanzjat mill-Arts Council Malta permezz tal-iSkema ta’ Finanzjament għar-Restawr.
Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed naġġornawkom bil-progress fix-xogħol.