02/07/2026
Messaġġ mill-Kap tal-Iskola Keith Gatt:
Inħossni onorat li ġejt afdat bit-tmexxija ta' din l-iskola, skola li għandha storja twila u skola bi staff dedikat. Bħalissa qed nimpenja ruħi biex insir naf aktar l-iskola u fi ftit ġimgħat oħra nibda nsir naf ukoll lilkom studenti u ġenituri. Ċert li jekk niġbdu ħabel wieħed, u nkunu dixxiplinati, nilħqu l-għan prinċipali tagħna: dak li l-istudenti kollha jirnexxu u jħossuhom maħbuba.
Ippermettuli nirringrazzja lill-Kap tal-Iskola s-Sur Louis Scerri u lill-Prinċipal is-Sur Lino Borg għall-ħidma tagħhom u l-għajnuna li sibt mingħandhom f'dawn l-aħħar ġimgħat.
Fl-aħħar nett nawgura lil kulħadd sajf ta' mistrieħ u divertiment. Ħudu ħsieb xulxin.
-------------------------------------------
A message from the Head of School Keith Gatt:
I feel honoured to have been entrusted with the leadership of this school; a school with a long history and a dedicated staff. At present, I am committed to getting to know the school better and over the coming weeks I also look forward to getting to know you, the students and parents. I am confident that if we all work together and remain focused, we will achieve our main goal, that of ensuring that every student succeeds and feels valued and cared for.
Allow me to thank the Head of School, Mr Louis Scerri, and the College Principal, Mr Lino Borg, for their dedication and for the support they have given me over the past few weeks.
Finally, I wish everyone a restful and enjoyable summer. Take care of one another.