11/06/2026
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat ir-raba’ edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Irrakkontar tal-Istejjer mill-Erbgħa 20 sal-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026. Fil-festival kien hemm total ta’ 178 student/a, minn 57 klassi differenti, li rrakkontaw storja lil udjenza magħmula minn studenti, edukaturi u membri tal-ġurija. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew tant ħeġġa f’dan il-festival tal-irrakkontar tal-istejjer, filwaqt li nifirħu lir-rebbieħa.
Ir-rebbieħa mill-ewwel sat-tielet post ta’ kull kategorija kienu dawn:
Kinder 1:
—————
* L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, L-Isla
* It-tielet post: Kulleġġ San Tumas More, Żejtun A
Kinder 2:
—————
* L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Żejtun A
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, Marsaskala San Ġwakkin
* It-tielet post: Kulleġġ Maria Reġina, San Pawl il-Baħar
L-Ewwel Sena:
————————
* L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, Kerċem
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
* It-tielet post: Kulleġġ Santa Tereża, l-Imsida
It-Tieni Sena:
———————
* L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Marsaskala San Ġwakkin
* It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, Tarxien
* It-tielet post: Kulleġġ Santa Klara, Pembroke
It-Tielet Sena:
———————-
* L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Margerita, il-Birgu
* It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Kerċem
Ir-Raba’ Sena:
————————
* L-ewwel post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
* It-tieni post: Kulleġġ San Tumas More, Żejtun B
* It-tielet post: Kulleġġ t’Għawdex, Kerċem
Il-Ħames Sena:
————————-
* L-ewwel post: Kulleġġ San Tumas More, Tarxien
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
* It-tielet post: Kulleġġ Santa Margerita, l-Isla
Is-Sitt Sena:
———————
* L-ewwel post: Kulleġġ t’Għawdex, il-Qala
* It-tieni post: Kulleġġ Santa Klara, il-Gżira
* It-tielet post: Kulleġġ San Nikola, il-Baħrija