Daqqa t'Id fil-Malti

Daqqa t'Id fil-Malti Din il-paġna hija intenzjonata biex toffri għajnuna prattika lil dawk b’diffikultà fl-ilsien Malti

09/08/2026
29/05/2026

Lill-Professur Manwel Mifsud ħafna jafuh fil-qasam tal-Malti. B***a tgħallmu mingħandu minn fuq il-bank tal-iskola u…

29/03/2026

"IKUN LI TRID INT" tagħlaq ĦAMSIN SENA

Bħal dan iż-żmien tar-Randan, ħamsin sena ilu, instema' għall-ewwel darba d-dramm immużikat tal-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu "Ikun li Trid Int" - lirika ta' Prof. Manwel Mifsud u Therese Cassar bil-vuċijiet ta' Merga, Sammy Bartolo, Charles Ellul, Carmelina Lanzon, Judy Sciberras u Philip Camilleri, produzzjoni tal-YTC.

"Fi ħmistax-il ġurnata, lestejnieha - kliem u mużika" jistqarr Manwel Mifsud. U seħħ fenomenu li pajjiżna qatt ma kien ra bħalu.. mhux biss id-diska u t-tejp inħatfu imma bdew isiru rappreżentazzjonijiet sena wara l-oħra fl-irħula u l-bliet Maltin u Għawdxin kollha.

Ħdax-il sena ilu, fit-23 ta' Marzu 2015, l-Akkademja tal-Malti ħadet ħsieb tintervista lill-Prof. Manwel Mifsud fis-sensiela "NWAR" li kien jixxandar minn fuq Radju Malta 1, ippreżentat mill-mibkija Susan Mulvaney.

https://archive.org/details/2015-03-31-prof-manwel-mifsud-ikun-li-trid-int

Matul din l-intervista tista' tisma' siltiet minn "Ikun li Trid Int - It-Triq tas-Salib" li nstemgħet għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira u Manwel ikellimna fuq l-istorja ta’ din id-diska tant maħbuba u popolari ma’ ġenerazzjonijiet differenti tal-poplu tagħna.

10/02/2026

LINA BROCKDORFF (1930-2026)

L-Akkademja tal-Malti ssellem il-memorja għażiża ta’ Lina Brockdorff li kienet ħaddiema ħawtiela fejn tidħol il-kitba bil-Malti. Brockdorff ippubblikat mijiet ta’ novelli u numru sabiħ ta’ rumanzi u ħadet sehem f’diversi programmi fuq ir-radju fosthom “Mill-Ġnejna Malija” li kienet tippreżenta l-Għaqda Letterarja Maltija.

B***a mir-rumanzi tagħha nqraw fuq ir-radjijiet lokali. Kitbet ukoll artikli ta’ natura spirtwali. Fl-2004 ppubblikat Sireni u Serenati bit-tifkiriet awtobijografiċi tagħha ta’ matul it-Tieni Ġwerra Dinjija.

Għal numru ta’ snin kienet il-President tal-Għaqda Letterarja Maltija u għamlet snin twal fil-kumitati tagħha. Lina kienet Viċi President fil-Kunsill ad interim tal-Akkademja tal-Malti (2004-2005) u fl-2020 l-Akkademja onoratha bil-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għall-impenn tagħha b’risq ilsienna u l-letteratura Maltija.

Lina kienet ukoll xempju ta’ anzjanità attiva u fis-sebgħinijiet tagħha ssoktat l-istudju b’Masters fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

L-Akkademja tibgħat il-kondoljanzi lill-għeżież tagħha.

13/01/2026
13/12/2025

L-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti għandha l-pjaċir tippreżentalkom it-tieni filmat minn sensiela ta’ erbatax li matulha se nikkummentaw dwar il-poeżiji minn 'Hemm Art fil-Folja' indikati fis-sillabu taċ-ĊES. https://youtu.be/tml1CosL7Pw

Nittamaw li kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti jsibuhom riżorsa utli! Nixtiequ nirringrazzjaw lil Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti tal-finanzjament ta’ dan il-proġett, lil tal-iffilmjar u l-editjar, kif ukoll lill-Iskola St Michael ta' Santa Venera, Stmichaelschool.edu.mt, li ġentilment offrewlna l-post fejn stajna niffilmjaw. Nirringrazzjaw ukoll lil Heritage Malta għar-ritratti.

It-tieni filmat huwa dwar il-poeżija 'Għar Dalam' ta’ Ġorġ Pisani.

Address

Floriana
FLR1010

Opening Hours

Monday 07:45 - 17:15
Tuesday 07:45 - 17:15
Wednesday 07:45 - 17:15
Thursday 07:45 - 17:15
Friday 07:45 - 17:15

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Daqqa t'Id fil-Malti posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The School

Send a message to Daqqa t'Id fil-Malti:

Shortcuts

Share

Category