13/10/2026
📚❤️ Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi – Dinja Waħda 🌍
Il-ġimgħa li għaddiet kellna sessjoni oħra ta’ kitba mill-programm Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi, b’kollaborazzjoni ma’ Spiritual Development in Schools.
Matul din is-sessjoni, permezz tal-istorja "Dinja Waħda", it-tfal kellhom l-opportunità jirriflettu dwar l-importanza li naħsbu f’dawk il-pajjiżi u l-popli li għaddejjin minn żminijiet diffiċli u tbatija. L-istorja wasslet messaġġ sabiħ ta’ empatija, solidarjetà u għaqda. 🌍❤️
👏 Prosit lit-tfal kollha li attendew u ħadu sehem b’entużjażmu f’din l-attività!
📖 Fi tmiem is-sessjoni, kull tifel u tifla ngħataw ktieb, ġentilment offrut mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.