23/10/2023
Meta t-tfal jaqraw għall-gost jakkwistaw ħiliet lingwistiċi mingħajr sforz ta’ xejn. Biex tkompli tippromwovi l-imħabba lejn il-qari l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi produzzjoni mal-PBS, ħejjiet il-programm televiżiv ‘Naqraw Flimkien’. immirat għal tfal ta’ bejn it-3 snin u l-11-il sena, fejn jinqraw kotba b’mod interattiv minn diversi karattri f’ambjent sabiħ biex it-tfal jitħajru jaqraw aktar. Dan il-programm jintwera fuq TVM mit-Tnejn sas-Ġimgħa fl-15:45.
Il-filmati tal-programm issibuhom fil-playlist ‘Naqraw Flimkien ta’ https://www.youtube.com/user/WatchTVM u fuq TVMi https://tvmi.mt/series/84.
Programm ġdid għat-tfal tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u PBS bl-isem ta’ ‘Naqraw Flimkien'