25/08/2026
Dalgħodu, ir-Rettur P. Aaron Zahra OP flimkien ma’ Mr Merton Pace, ippreżentaw donazzjoni lil Fr Victor Livori MSSP, missjunarju fil-Perù, li kienet inġabret mill-istudenti u l-istaff tal-Kulleġġ tagħna.
Din id-donazzjoni se tkun ta’ għajnuna għall-komunità ta’ Arequipa, belt fil-Perù li fix-xitwa li għaddiet sofriet ħsarat kbar minħabba għargħar.
Fr Victor bħalissa jinsab Malta għall-vaganzi u kienet opportunità sabiħa biex din id-donazzjoni tiġi ppreżentata direttament lilu, bħala sinjal ta’ solidarjetà u għaqda mal-komunitajiet li qed isofru.
Grazzi lill-istudenti u lill-membri kollha tal-istaff li taw il-kontribut tagħhom għal din l-inizjattiva sabiħa.