Diploma fil-Letteratura Maltija fl-UM

Diploma fil-Letteratura Maltija fl-UM

Share

Dan il-programm ta’ studju jħarreġ lill-istudenti fid-diversi modi kif jistgħu jinterpretaw il-letteratura Maltija. fil-Malti, tal-B.A.

Fetħu l-applikazzjonijiet għad-Diploma fil-Letteratura Maltija:
http://www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/diploma-letteratura

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti jippreżenta d-DIPLOMA FIL-LETTERATURA MALTIJA

Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kors:
Dan il-programm ta’ studju jħarreġ lill-istudenti fid-diversi modi kif jistgħu jinterpretaw il-letteratura Maltija, kif jippreżentawha f’okkażjonijiet

Want your school to be the top-listed School/college in Msida?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Our Story

Fetħu l-applikazzjonijiet għad-Diploma fil-Letteratura Maltija:
http://www.um.edu.mt/apply

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti jippreżenta d-DIPLOMA FIL-LETTERATURA MALTIJA

Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kors:
Dan il-programm ta’ studju jħarreġ lill-istudenti fid-diversi modi kif jistgħu jinterpretaw il-letteratura Maltija, kif jippreżentawha f’okkażjonijiet u f’xandiriet pubbliċi, u kif jadottaw u japplikaw il-mekkaniżmi figurattivi u stilistiċi tagħha fix-xogħlijiet kreattivi tagħhom. Il-ħiliet kollha mgħallma f’dan il-kors jikkonċentraw fuq l-arti tal-kelma studjata fid-diversi dimensjonijiet soċjali u kulturali tagħha, u f’rabta ma’ dixxiplini u forom ta’ arti oħra.

Kisbiet mit-Tagħlim
Il-kors iwassal għall-iżvilupp ta’ dawn il-ħiliet li jsegwu:
a) Għarfien tal-kontenut tas-suġġett
Il-kors jagħti lill-istudenti familjarità bażika mal-istorja tal-letteratura Maltija, b’tagħrif siewi dwar ix-xejriet letterarji li żviluppaw matul perjodi u f’kuntesti storiċi differenti. Din il-familjarità tinkludi l-prinċipji u x-xejriet letterarji tal-kittieba ewlenin, u sservi bħala punt tat-tluq għall-ħiliet l-oħrajn żviluppati matul l-istess kors.
b) Żvilupp intellettwali
Il-kors jiżviluppa diversi ħiliet intellettwali meħtieġa għall-interpretazzjoni u l-preżentazzjoni pubblika tax-xogħlijiet letterarji. Qabelxejn, iħarreġ lill-istudenti fil-ħila assoċjattiva u inferenzjali tagħhom, ħalli b’hekk jagħrfu l-potenzjal figurattiv tad-diskors letterarju. Jgħinhom ukoll ikunu aktar analitiċi fl-osservazzjoni tagħhom ta’ forom espressivi differenti, ħalli b’hekk jiksbu wkoll il-ħila li jkunu persważivi meta huma stess jiġu biex jartikulaw l-ideat tagħhom b’mod stilistikament effettiv.
ċ) Il-ħiliet professjonali miksubin mill-kors
Dan il-kors jgħin lill-istudenti jiżviluppaw ħila fl-ispjega ta’ siltiet letterarji, b’taħriġ fil-metodi tal-interpretazzjoni letterarja u fit-tfassil ta’ studju kritiku ppreparat għal diskors pubbliku jew għall-pubblikazzjoni. Dan it-taħriġ jagħti lill-qarrejja sistema effettiva li biha jiskopru l-elementi essenzjali li jibnu x-xogħol letterarju. Jurihom ukoll kif jikkummentaw fuq dawn l-elementi skont kriterji validi tal-kritika u b’mod li jżomm l-interess tal-udjenza tagħhom.
Il-kors joffri wkoll ħila fl-għarfien tal-validità ta’ xogħol letterarju ġdid, f’rabta mal-kuntest usa’ tal-istorja tal-letteratura lokali. Dan it-taħriġ jagħti lill-istudenti l-kwalitajiet neċessarji biex jiktbu reċensjoni dwar xogħol kreattiv li jkun għadu kemm ġie ppubblikat, u b’hekk joffri prattika professjonali fil-promozzjoni u fl-evalwazzjoni pubblika tal-letteratura Maltija.
Ħila oħra mgħallma fil-kors hija l-qari pubbliku (fuq ir-radju, it-televiżjoni, il-palk, jew waqt attività kulturali) ta’ kitbiet letterarji, b’taħriġ li jibni vuċi xierqa għall-preżentazzjoni ta’ kitba kreattiva. L-istudenti jitħarrġu f’aspetti tal-qari pubbliku bħalma huma l-ġestikulazzjoni, id-drammatizzazzjoni, il-mima, u l-intonazzjoni, li bihom jistimulaw l-istħajjil tas-siltiet letterarji li jkunu qegħdin jaqraw.
Il-kitba kreattiva hija komponent ieħor ewlieni tal-kors u se tiġi żviluppata fl-istudenti bl-użu oriġinali tat-teknika letterarja li se jintalbu jadattaw għax-xogħlijiet kreattivi tagħhom. Din il-ħila tista’ tvarja minn taħriġ f’ġeneru letterarju partikulari sa xogħol letterarju ppreżentat għall-pubblikazzjoni jew kitba oriġinali għax-xandir televiżiv. B’din il-ħila, l-istudenti jitgħallmu jwettqu huma stess it-talent letterarju li f’partijiet oħra tal-kors ikunu stħarrġu u interpretaw.
Il-kors jiżviluppa wkoll ħila fl-editjar ta’ manuskritt letterarju, b’taħriġ speċjalizzat li jipprepara lill-istudenti għal sehem f’bordijiet editorjali jew bħala konsulenti tal-pubblikaturi. Dan it-taħriġ jgħin lill-istudenti janalizzaw aspetti tal-manuskritt bħall-kronoloġija, il-konsistenza narrattiva, u l-validità tematika. Jiġu mgħallma wkoll proċeduri marbutin mal-pubblikazzjoni, bħar-reġistrazzjoni ISBN u d-drittijiet tal-awtur. Il-ksib ta’ din il-ħila fl-editjar ta’ manuskritt letterarju taqdi l-ħtieġa kontinwa tal-pubblikaturi li jsibu edituri mħarrġin b’mod professjonali.

Opportunitajiet għall-Karriera u Aċċess għal Studji Oħra
Id-Diploma fil-Letteratura Maltija tħarreġ lill-istudenti f’dawk il-ħiliet partikulari meħtieġa għax-xandir u l-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet letterarji bil-Malti. Għalhekk, se ttejjeb l-opportunitajiet għal kull min għandu għal qalbu karriera mal-mezzi tax-xandir, mad-djar tal-pubblikazzjoni, u ma’ entitajiet oħra li jwasslu l-letteratura Maltija lill-pubbliku. Id-Diploma għandha wkoll komponenti kreattivi li jħarrġu lill-istudenti fil-preżentazzjoni oriġinali u multidixxiplinarja (eż. drammatizzata, immużikata) ta’ xogħlijiet letterarji diġà eżistenti. B’dan il-mod, il-kors se jgħin ukoll lil kull min huwa interessat f’karriera li tinvolvi l-kordinazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ okkażjonijiet letterarji b’mod professjonali. It-taqsima-studju ddedikata lill-kitba kreattiva f’din id-Diploma se ssaħħaħ il-ħiliet fl-arti tal-kelma, u b’hekk ittejjeb il-prospetti ta’ dawk l-istudenti interessat fil-kitba letterarja bħala professjoni artistika. B’taħriġ estensiv fl-evalwazzjoni u fl-istħarriġ ta’ xogħlijiet letterarji minn diversi perjodi tal-letteratura Maltija, id-Diploma se ttejjeb ukoll l-opportunitajiet tax-xogħol għal kull min huwa interessat li jaqbad, bħala karriera, il-kitba ta’ reċensjonijiet letterarji fil-ġurnali u l-kritika letterarja bħala suġġett mgħallem.
Min jikseb id-Diploma jista’ jitlob li tiġi kkunsidrata għal eżenzjoni minn taqsimiet-studju fil-programmi tal-istudju tal-B.A. fil-Malti, tal-B.A. (Unuri) fil-Malti, u tal-B. Hums (Bachelor in Humanities). Min jikseb id-Diploma jista’ jitlob ukoll li tiġi kkunsidrata għall-programm ta’ studju tal-PLAS (Programme in the Liberal Arts and Sciences).

Dan il-kors huwa mmirat lejn nies impjegati f’diversi setturi kulturali, artistiċi, u kreattivi relatati mal-preżentazzjoni pubblika ta’ xogħlijiet letterarji bil-Malti. Huwa mmirat ukoll lejn min għandu interess isegwi karriera fil-kitba kreattiva, u min għandu sehem attiv fl-adattament tal-letteratura Maltija għal forom artistiċi u dixxiplini oħra.

--

Location

Address

Msida