It-Tradizzjoni Orali fl-UM

It-Tradizzjoni Orali fl-UM

Share

Proġett ta' riċerka tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti, bis-sehem ta' riċerkaturi Maltin u internazzjonali.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiddokumenta u jistudja oqsma differenti tat-tradizzjoni orali f’Malta. Il-proġett qed jitmexxa minn letturi fid-Dipartiment tal-Malti megħjuna minn riċerkaturi stabbiliti u oħrajn li bdew jaħdmu f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin.

15/05/2026

L-ewwel għana li ser jinstema’ waqt Festgħana 2026 huwa Il-Fatt tar-Reġjun Port ⚓️

Dan il-fatt rebbieħ, miktub minn Bradley Cachia, jismu "Traġedja Ġo Kordin" u jagħti ħajja lil waħda mill-aktar forom antiki tal-espressjoni orali Maltija, l-għana tal-fatt.

L-għana tal-fatt dejjem serviet biex tirrakkonta l-istejjer, il-ġrajjiet u l-memorji tal-komunità tagħna permezz tal-vers u l-kitarra.

Għal din l-ewwel edizzjoni, Festgħana qed tagħti spazju lil temi kontemporanji marbuta mar-Reġjun Port u l-komunitajiet tiegħu.

🎤 Jgħanni Żeppi Zahra l-Muni
🎸 Akkumpanjat minn Johnny Grima tal-Belt u Mark Vella ta’ Kalċ (prim)

📍 Ġonna tal-Argotti, il-Furjana
📅 22 ta’ Mejju 2026
🕣 8:30pm

Festgħana 2026 huwa organizzat minn Festivals Malta b’kollaborazzjoni mar-Reġjun Port, megħjun mill-Ministeru tal-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u sponsorjat minn Coca Cola. Dan l-avveniment qed isseħħ b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal- Culture Directorate.

02/05/2026

La sfidaha, malajr urietu x'taf in-nanna, ħej 😎

💬 Taf xi tagħwiġ l-ilsien ieħor? Għidulna fil-kummenti!

02/04/2026

Tan-Ngħos donnu ma tantx baqa' sajjem matul ir-Randan! 🐣

💬 X'jgħid iktar il-Malti dwar l-Għid? Għidulna fil-kummenti!

19/03/2026

Il-Festa t-Tajba lil kull Ġuża u Ġużi! 🥳

💬 Jekk tafu b'xi espressjonijiet oħra bil-qaddisin, iktbuhom fil-kummenti.

14/03/2026

Yanika Schembri Fava titkellem dwar il-proġett It-Tradizzjoni Orali fl-UM

Ħajr lil Bradley Cachia u lil Maria Muscat ta' dan is-servizz.

03/03/2026

Min jaf kemm ħa jdumu sejrin biha din, Roy u Ronaldo 😵‍💫

💬 Jekk tafu b'xi lingwa sigrieta oħra, għidulna dwarha fil-kummenti.

11/01/2026

Taf xi taqbila bil-Malti li kienet jew għadha sservi ta’ logħba, tintuża biex tinki, tingħad bħala talba jew biex turi lil xi ħadd li tħobbu jew għal xi skop ieħor? Iktibhielna.

Waqt il-programm Fuq Fomm Kulħadd fuq Calypso Radio 101.8 din il-ġimgħa– illum il-Ħadd bejn is-7 u l-10 ta’ filgħaxija – jien George Cremona qed nistiednek tgħidli it-taqbiliet li taf permezz tat-telephone 52102055 u bl-sms 50614102. Tista' tikteb ukoll it-taqbila tiegħek hawn fuq Facebook u tinqara waqt il-programm.

29/12/2025

Sejħa għal Għannejja Ġodda - Festgħana

Nixtiequ naqsmu magħkom inizjattiva ġdida fi ħdan il-festival Festgħana, festival li jiffoka fuq l-għana Maltija. 🗣️

Biex inħeġġu aktar parteċipanti żgħażagħ biex jikkontribwixxu lejn l-għana, inħalaq programm bl-isem ta’ Għannejja Ġodda li għandu l-għan li jrawwem aktar żgħażagħ fl-għana b’għadd ta’ sessjonijiet flimkien ma’ membri tal-komunità tal-għana Maltija. Fosthom ser ikun hemm Marija Spiteri ’Tal-Ġebel’, waħda mill-ftit għannejja nisa li baqgħelna f’Malta li trawmet mill-għannej magħruf il-mibki Frans Baldacchino ‘il-Budaj’.
Mehmuż issibu l-kartellun tal-proġett. 👇

ℹ️ Aktar informazzjoni: https://spazjukreattiv.org/event/ghannejja-godda/
👉 Applika hawn: https://portal.festivalsportal.mt/client-portal/ghannejja 👈

Din is-sejħa tagħlaq fis-7 ta’ Jannar, 2026. 📅

19/12/2025

Fil-programm li jmiss se jkollna magħna lil Anna Borg Cardona, studjuża tal-istorja mużikali Maltija. Se nsemmu l-istrumenti tradizzjonali, l-innijiet tal-Milied, u se nitkellmu fuq kif il-mużika sawret is-soċjetà tagħna u rriflettiet l-influwenzi kulturali maż-żmien.

Photos from It-Tradizzjoni Orali fl-UM's post 18/12/2025

F’dan l-artiklu tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, Yanika Schembri Fava tiffoka fuq it-taqbiliet bil-Malti li l-gradwati l-ġodda jiktbu u jgħidu biex jiċċelebraw u jiżżuffjettaw bil-kors li jkunu temmew jew bil-professjoni l-ġdida tagħhom.

L-artiklu jinsab fir-rivista ‘Encore’:
👉http://encore.com.mt/Issue43.pdf

Want your school to be the top-listed School/college in Msida?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address


Msida